Monday, 21 April 2014

Insalata taċ-Ċanga

Ingredjenti:

- 200g flett taċ-ċanga
- Ftit kurrad
- Tadam
- Bżar ikkulurit
- Ħjar
- Tewm frisk
- Bżar u melħ
- Żejt taż-żebbuġa jekk jista jkun extra virgin
- Xi ftit żejt tal-ġunġlien (sesame oil)
- Basla żgħira


Metodu

1. Qatta l-laħam, it-tewm u l-kurrad f’biċċiet twal.

2. Poġġi ftit żejt tal-ġunġlien ġo taġen u meta jisħon qalli malajr it-taħlita tal-laħam. Trid tqalli għal ftit minuti u tħawwad ta’ spiss.

3. Neħħi mit-taġen, qattar miż-żejt u poġġi t-taħlita ġol-bieqja fejn tkun se sservi. Ħalli t-taħlita tiksaħ.

4. Sakemm it-taħlita tiksaħ, aħsel u qatta l-bqija tal-ħaxix.

5. Meta l-laħam ikun kesaħ, żid miegħu il-bqija tal-ħaxix. Ħawwad tajjeb.

6. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u ferrex ftit żejt.

7. Din l-insalata trid tisserva kiesħa.

Monday, 7 April 2014

Laħam bil-Kari

Għandek Bżonn:-

· 200gr basal
· Mgħarfa żejt
· 500gr ċanga
· Mgħarfa trab tal-kari
· Kuċċarina turmeric
· Il-qoxra ta' lumija
· 200gr zunnarija
· 4 tuffieħat
· 2 bananiet
· 2 tadamiet
· 2 mgħaref sultana
· 500ml ilma

Metodu:-

1. F'kazzola kbira ferra' ż-żejt u żid il-basal u sajjar fuq in-nar.
2. Żid il-laħam sakemm il-laħam isir.
3. Żid it-trab tal-kari u t-turmeric kompli sajjar.
4. Żid il-kumplament ta' l-ingredjenti. Ħawwad sew u kompli sajjar.
5. Meta jkun lest, servi ġo skudella fonda ma kontorn ta' ross.

Stuffat bil-Ful

Ingredjenti:


500gr ful
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
200gr basal
6 sinniet tewm
100gr karrotti
250gr piżelli
400gr tadam
3 mgħaref nagħniegħ
8 qlub tal-qaqoċċ

Metodu:
  1. Ġo kazzola kbira itfa‘ ż-żejt taż-żebbuġa, żid il-basal imqatta‘, t-tewm u l-karrotti u sajjar.
  2. Żid il-piżelli, t-tadam u l-ful għattiha u tektek għal ftit minuti.
  3. Fl-aħħar żid il-qlub tal-qaqoċċ maqsum, żid ukoll in-nagħniegħ u sajjar għal ftit minuti oħra.