Ingredjenti:
500gr dqiq plain
125gr margerine
3 tbs olive oil
175ml ilma kisah
ftit melh
Metodu:
L-ewwel ħawwad id-dqid, il-melħ, il-margerine u zejt biex jigu qishom breadcrumbs u fl-aħħar zid l-ilma.
Ħalli fil-fridge għal 30 minuta.
Riċetti tan-Nanna
Sunday, 10 May 2015
Saturday, 11 April 2015
Monday, 21 April 2014
Insalata taċ-Ċanga
Ingredjenti:
- 200g flett taċ-ċanga
- Ftit kurrad
- Tadam
- Bżar ikkulurit
- Ħjar
- Tewm frisk
- Bżar u melħ
- Żejt taż-żebbuġa jekk jista jkun extra virgin
- Xi ftit żejt tal-ġunġlien (sesame oil)
- Basla żgħira
Metodu
1. Qatta l-laħam, it-tewm u l-kurrad f’biċċiet twal.
2. Poġġi ftit żejt tal-ġunġlien ġo taġen u meta jisħon qalli malajr it-taħlita tal-laħam. Trid tqalli għal ftit minuti u tħawwad ta’ spiss.
3. Neħħi mit-taġen, qattar miż-żejt u poġġi t-taħlita ġol-bieqja fejn tkun se sservi. Ħalli t-taħlita tiksaħ.
4. Sakemm it-taħlita tiksaħ, aħsel u qatta l-bqija tal-ħaxix.
5. Meta l-laħam ikun kesaħ, żid miegħu il-bqija tal-ħaxix. Ħawwad tajjeb.
6. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ u ferrex ftit żejt.
7. Din l-insalata trid tisserva kiesħa.

Monday, 7 April 2014
Laħam bil-Kari
Għandek Bżonn:-
· 200gr basal
· Mgħarfa żejt
· 500gr ċanga
· Mgħarfa trab tal-kari
· Kuċċarina turmeric
· Il-qoxra ta' lumija
· 200gr zunnarija
· 4 tuffieħat
· 2 bananiet
· 2 tadamiet
· 2 mgħaref sultana
· 500ml ilma
Metodu:-
1. F'kazzola kbira ferra' ż-żejt u żid il-basal u sajjar fuq in-nar.
2. Żid il-laħam sakemm il-laħam isir.
3. Żid it-trab tal-kari u t-turmeric kompli sajjar.
4. Żid il-kumplament ta' l-ingredjenti. Ħawwad sew u kompli sajjar.
5. Meta jkun lest, servi ġo skudella fonda ma kontorn ta' ross.

Stuffat bil-Ful
Ingredjenti:
500gr ful
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
200gr basal
6 sinniet tewm
100gr karrotti
250gr piżelli
400gr tadam
3 mgħaref nagħniegħ
8 qlub tal-qaqoċċ
Metodu:
- Ġo kazzola kbira itfa‘ ż-żejt taż-żebbuġa, żid il-basal imqatta‘, t-tewm u l-karrotti u sajjar.
- Żid il-piżelli, t-tadam u l-ful għattiha u tektek għal ftit minuti.
- Fl-aħħar żid il-qlub tal-qaqoċċ maqsum, żid ukoll in-nagħniegħ u sajjar għal ftit minuti oħra.
Monday, 10 March 2014
Kejk tal-Karrotti
Temperatura tal-forn 180C
Ingredjenti:
· 50gr tin niexef
· 250gr karotti
· Qoxra ta' lumija jew larinġa
· 350ml meraq tal-larinġ
· 150gr sultana, passolina jew żbib
· Kuċċarina mixed spice
· Bajda
· 250gr dqiq self raising
· Nofs pakkett trab tal-krema
· 75ml meraq tal-larinġ
· Il-qoxra maħkuka ta' larinġa
Metodu:
Ġo kazzola poġġi t-tin, il-karotti, il-qoxra ta' lumija u l-meraq tal-frott. Saħħan it-taħlita. Ħallat id-dqiq u l-ispajs. Ħallat it-taħlita tal-frott u d-dqiq. Poġġi t-taħlita ġol-landa tal-forn Sajjar il-kejk għal madwar siegħa. Ġo skudella poġġi l-meraq tal-larinġ. Itfa' fuq it-trab tal-krema. Ħabbat tajjeb sakemm it-taħlita tiġi krema. Meta tkun lesta ifrex fuq il-wiċċ tal-kejk.

Laħam bħal fil-Forn - Pressure Cooker
Ingredjenti:
· 1.5kg rib eye jew lucerto
· 200gr basal
· 200gr karotti
· 3 werqiet rand
· fergħa sagħtar
· 415ml ilma
Metodu:
1. Aqli l-laħam.
2. Poġġi t-tripied fil-pressure cooker u poġġi l-basal, il-karotti, ir-rand u s-sagħtar.
3. Poġġi l-laħam fuq il-ħaxix kif ukoll l-ilma.
4. Qiegħed l-għatu u saħħan sakemm jibda jfesfes.
5. Żomm il-ħin sakemm tgħaddi nofs siegħa u baxxi n-nar.
6. Itfi u ħalli l-pressjoni tinżel.
7. Servi.

Subscribe to:
Posts (Atom)