• 100gr basal
• Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
• 2 sinniet tewm
• 2 kuċċarini merqtux frisk
• Nofs kilo qaraħamra
• Litru stokk tal-ħaxix u tiġieġ
• Werqa randa
• 100gr ross arborio
• 400ml ilma
• 150ml ħalib
• Niskata noċemoskata maħkuk frisk
• 4 frigħi żgħar tal-merqtux
Metodu:
1. Poġġi l-basal imqatta` ġo taġen flimkien maż-żejt taż-żebbuġa u sajjar għal 3 minuti.
2. Żid it-tewm u l-meqtux u sajjar għal 2 minuti oħra.
3. Qatta` l-qaraħamra biċċiet u żidu mat-taħlita tal-basal flimkien ma` l-istokk u l-werqa randa.
4. Sajjar ir-ross.
5. Meta jsir żid nofs ir-ross mas-soppa tal-qaraħamra u ħalliha ttektek għal 20 minuta oħra.
6. Neħħi l-werqa randa u proċessa s-soppa ġo food processor.
7. Żid il-kumplament tar-ross flimkien mal-ħalib u n-noċemoskata.
8. Ħawwad u servi.
No comments:
Post a Comment
Note: only a member of this blog may post a comment.