Monday, 10 March 2014

Spagetti bil-Pulpetti tal-Laħam

Ingredjenti:

- 420g spagetti
- 200g ikkapuljat taċ-ċanga
- 200g ikkapuljat tal-majjal
- 2 bajdiet
- Tursin
- Bżar
- Smid
- Zalza tat-tadam


Metodu:

1. Imla borma kbira b’ħafna ilma u poġġiha fuq in-nar.
2. Meta l-ilma jiftaħ jagħli żid ftit melħ. Għalli l-għaġin.
3. Meta l-għaġin ikun sar saffi u għaddih minn l-ilma kiesaħ, biex l-għaġin jiksaħ sew u b'hekk ma jibqax isir. Qattar tajjeb.
4. Ġo bieqja qiegħed il-laħam. Miegħu żid il-bajd, bżar u turisn. Ħallat tajjeb biex it-taħlita tiġi ħaġa waħda.
5. Ibda fforma l-pulpetti b’din it-taħlita.
6. Qiegħed ftit smid fuq platt ċatt u għaddi l-pulpetti minnu.
7. Imla kazzola bl-ilma u qiegħed fuq in-nar. Meta l-ilma jiftaħ jagħli għalli l-pulpetti fih għal madwar 20 minuta. Iġbor l-pulpetti mil-ilma bi xkumatur biex il-pulpetti ma jitfarrkux.
8. Sakemm il-pulpetti jkunu qegħdin isiru saħħan iz zalza. Meta l-pulpetti jkunu lesti żidhom maz-zalza u sajjar fuq nar baxx għal madwar 30 minuta.
9. Servi fuq l-ispagetti sħan.

No comments:

Post a Comment

Note: only a member of this blog may post a comment.